Monthly Archive for February, 2010

Artiklu dwar ikel bnin u nutrijenti

Ikel Bnin u Nutrijenti għat-Tfal

It-tfal għandhom bżonn ikel xieraq u attivita’ fiżika regolari.  Ħajjarhom biex jieħdu kolazzjon.  Dan jgħin biex jifhmu aħjar il-lezzjonijiet. Għal kolazzjon jistgħu jieħdu jew ċereali bil-ħalib u biċċiet ta’ frott jew ħobż wholemeal mixwi bi ftit margerin u tazza larinġ magħsura friski.  Jekk ma jkollhomx ħin għall-kolazzjon tista’ toffri xi cereal bar, yoghurt jew xi frotta.

Il-lunch ta’ l-iskola huwa importanti għax jgħin fl-attivitajiet tagħhom ta’ l-iskola. Tajjeb li jieħdu ħobż  bil-ħaxix, frott frisk u yoghurt.

L-ikla ta’ fil-għaxija għandha tinkludi varjeta’ ta’ ikel frisk minn kull grupp ta’ ikel kif jidher mill-piramida. Tajjeb li t-televixin ma jkunx mixgħul biex il-familja tkun tista’ titkellem flimkien. Tkun ideja tajba li t-tfal ikunu involuti fil-preparazzjoni ta’ l-ikla ta’ fil-għaxija.