Artiklu dwar ikel bnin u nutrijenti (school mag)

Ikel Bnin u Nutrijenti għat-tfal

It-tfal għandhom bżonn ikel xieraq u attivita fiżika regolari. Ħajjarhom biex jieħdu kolazzjon. Dan jgħin biex jifmhu aħjar il-lezzjonijiet. Għal kolazzjon jistgħu jieħdu jew ċereali bil-ħalib u biċċiet ta’ frott jew ħobż wholemeal mixwi bi ftit marġerin u tazza larinġ magħsura friski. Jekk ma jkollhomx ħin għall-kolazzjon tista’ toffri xi cereal bar, joghurt jew xi frotta.

Il-lunch ta’ l-iskola huwa mportanti għax jgħin fl-attivitajiet tagħhom ta’ l-iskola. Tajjeb li jieħdu ħobż bil-ħaxix, frott frisk u xi joghurt.

L-ikla ta’ fil-għaxija għandha tinkludi vartjeta ta’ ikel frisk minn kull grupp ta’ ikel kif jidher mill piramida. Tajjeb li t-televixin ma jkunx mixgħul biex il-familja tkun tista’ titkellem flimkien. Tkun ideja tajba li t-tfal ikunu involuti fil-preparazzjoni ta’ l-ikel ta’ fil-għaxija.

Tajjeb li t-tfal jieħdu snaks bejn l-ikliet.

0 Response to “Artiklu dwar ikel bnin u nutrijenti (school mag)”


  • No Comments

Leave a Reply