Monthly Archive for May, 2011

Kinderfest 2011

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju 2011 saret l-ewwel Kinder Fest fl-iskola tagħna.  L-attivita’ kollha bidet fil-11.00 b’assembly speċjali mit-tfal kollha tal-Kindergarten.  Huma ħadu sehem b’sensiela ta’ għanjiet popolari mat-tfal kif ukoll b’rimi u taqbiliet li huma jitgħallmu fil-klassijiet tagħhom.  Il-Prinċipal tal-Kulleġġ, is-Sur James Camilleri wara qassam ċertifikati sbieħ lit-tfal kollha.

L-attivita’ kompliet billi saru ezerċizzji ta’ keep fit u zumba dance kemm għall-ġenituri kif ukoll għat-tfal kollha.  Kien hemm il-face painting u ritratti ma’ Winnie the Pooh.  L-għalliema stess ħejjew il-jelly, il-mousse u l-frawli.  Il-ġenituri tal-kunsill skolastiku wkoll kellhom l-istall tagħhom u ħejjew il-ħobż mħawwar bil-kunserva, tadam u tonn taz-zejt kif ukoll ilma frisk, te’ u kafe’.  Il-ġenituri kollha kellhom l-opportunita’ jzuru l-klassijiet u jaraw b’għajnejhom ix-xogħol li qed isir minn uliedhom fl-iskola.  L-attivita’ spiċċat b’sensiela ta’ logbiet tal-futbol bejn it-tfal mill-klassijiet mill-Yr 3 ‘l fuq.

Kienet attivita’ tassew ħelwa u l-qliegħ kollu minnha mar għal Puttinu Cares.  Prosit u grazzi kbira lil kull min ta sehmu biex din l-attivita’ tkun suċċess.