Monthly Archive for June, 2013

Nirbħu l-Green Flag tal-EkoSkola għat-tielet darba konsekkutiva

Meta ħadna għat-TIELET darba l-Green Flag ħassejtni vera kburija bija nnifsi l-aktar għax kont naf li ħdimna ħafna għaliha. Dak in-nhar tal-ġurija jien u sħabi tal-EkoSkola għamilna ħilitna sabiex inwieġbu kull mistoqsija sew. U tassew hekk għamilna!!! Prof. Pace u s-Sur Attard ,żewġ membri tal-ġurija tgħidx kemm kienu kburin bina.

EkoSkola Green FlagL-għada s-surmast laqgħana bi tbissima li ma tispiċċa qatt u fil-bitħa waqt li konna qed ngħidu t-talba qal lil kulħadd li erġajna ħadna l-Geen Flag. Dak il-ħin l-ebda rigal ma kien ikun isbaħ minn dak li qalilna s-surmast. Kollha konna kuntenti li l-bandiera reġgħet bdiet tperper fil-bokka tat-taraġ tal-iskola tagħna. Ħajr kbir imur lejn Ms Brenda u Ms Pierline li ħadmu bis-sħiħ magħna sabiex nagħmlu suċċess ieħor fl-iskola tagħna. Ħajr ukoll imur lill-għalliema, LSAs, studenti, is-Surmast, Ms Christine, Ms Rita s-segretarja kif ukoll lill-purtinari. Mingħajr l-għajnuna ta’ dawn in-nies żgur li ma kienx ikollna dan is-suċċess. Ma ninsewx ukoll lis-Sur Johann Gatt li vera juri interess fil-ħidma tagħna.

Għalkemm jien qegħda fis-sitt sena tiegħi ser nibqa’ nżomm f’moħħi u f’qalbi dak kollu li tgħallimt. Ser inwasslu wkoll fl-iskola sekondarja li ser nattendi fiha s-sena skolastika li ġejja.

EkoSkola huwa programm bis-sens għax tgħallimt napprezza u nieħu ħsieb aktar l-ambjent ta’ madwari!!!

Grazzi mill-qalb lil kulħadd involut…

Casey Jade Parnis tifla mis-Sitt Sena

Żjara fil-Parlament

Photo DOI - Clodagh Farrugia O'NeillDin l-esperjenza ma jien ser ninsiha qatt. Jien nifforma parti mill-EkoSkola u din is-sena x-xorti messet lili li nirrapreżenta lill-iskola tagħna fl-EkoSkola Parlament. Morna Bradley Debono u jien u ressaqna l-mozzjoni tal-programm aħna. Konna fost diversi membri parlamentari kif ukoll il-Prim Ministru ta’ Malta, l-Kap tal-Oppożizzjoni kif ukoll l-Ispeaker tal-Parlament. Kien hemm ukoll tfal oħra minn skejjel oħra li jieħdu sehem fil-Programm tal-EkoSkola.

Kienet esperjenza li qatt mhu ser ninsa u nibqa’ ngħożż għal għomri kollha. Stajna nressqu l-ħsibijiet tagħna lill-kapijiet kbar ta’ Malta u huma minn naħa tagħhom qalulna li ser jikkunsidraw u jwettqu dak li għidnilhom aħna.

Spiċċajna fuq xi artikli fuq il-gazzetti l-għada tas-seduta….X’sodisfazzjon!!

Casey Jade Parnis tifla mis-Sitt Sena

Aqra aktar fuq is-sit ta’ EkoSkola Malta

Aqra aktar fuq is-sit elettroniku tat-Times of Malta