Daily Archive for June 25th, 2013

Nirbħu l-Green Flag tal-EkoSkola għat-tielet darba konsekkutiva

Meta ħadna għat-TIELET darba l-Green Flag ħassejtni vera kburija bija nnifsi l-aktar għax kont naf li ħdimna ħafna għaliha. Dak in-nhar tal-ġurija jien u sħabi tal-EkoSkola għamilna ħilitna sabiex inwieġbu kull mistoqsija sew. U tassew hekk għamilna!!! Prof. Pace u s-Sur Attard ,żewġ membri tal-ġurija tgħidx kemm kienu kburin bina.

EkoSkola Green FlagL-għada s-surmast laqgħana bi tbissima li ma tispiċċa qatt u fil-bitħa waqt li konna qed ngħidu t-talba qal lil kulħadd li erġajna ħadna l-Geen Flag. Dak il-ħin l-ebda rigal ma kien ikun isbaħ minn dak li qalilna s-surmast. Kollha konna kuntenti li l-bandiera reġgħet bdiet tperper fil-bokka tat-taraġ tal-iskola tagħna. Ħajr kbir imur lejn Ms Brenda u Ms Pierline li ħadmu bis-sħiħ magħna sabiex nagħmlu suċċess ieħor fl-iskola tagħna. Ħajr ukoll imur lill-għalliema, LSAs, studenti, is-Surmast, Ms Christine, Ms Rita s-segretarja kif ukoll lill-purtinari. Mingħajr l-għajnuna ta’ dawn in-nies żgur li ma kienx ikollna dan is-suċċess. Ma ninsewx ukoll lis-Sur Johann Gatt li vera juri interess fil-ħidma tagħna.

Għalkemm jien qegħda fis-sitt sena tiegħi ser nibqa’ nżomm f’moħħi u f’qalbi dak kollu li tgħallimt. Ser inwasslu wkoll fl-iskola sekondarja li ser nattendi fiha s-sena skolastika li ġejja.

EkoSkola huwa programm bis-sens għax tgħallimt napprezza u nieħu ħsieb aktar l-ambjent ta’ madwari!!!

Grazzi mill-qalb lil kulħadd involut…

Casey Jade Parnis tifla mis-Sitt Sena