Il-Poeta Nazzjonali – Dun Karm

Illum it-18 ta’ Ottubru 2013 ġie mfakkar Jum Dun Karm u kien xieraq li l-klassi tal-Ħames Sena ttella’ School Gathering fuq dan il-personaġġ importanti fl-istorja ta’ pajjiżna.  Waqt din l-attivita,’ li għaliha jkunu mistednin il-ġenituri kollha ta’ l-iskola, it-tfal taħt id-direzzjoni tal-għalliema tagħhom Ms Theresa Muscat qasmu magħna punti importanti mil-ħajja ta’ Dun Karm.  Din l-informazzjoni interessanti ingħatat  fi kliem sempliċi li t-tfal setgħu jifhmu.  F’egħluq l-attivita’ ntwerra vidjow klip interessanti forma ta’ awtobijografija dwar Dun Karm. Ta’ min isemmi li x-xeni u ritratti ppreżentati f’dan il-vidjow huma reali, iżda l-vuċi hija dik ta’ narratur.

Ir-riżorsi wżati għal din l-attivita’ huma dawn:

Min kien Dun Karm? – script miktub mill-għalliema Ms Theresa Muscat

Awtobijografija Ċkejkna ta’ Dun Karm – Vidjow meħud minn YouTube

Għal aktar informazzjoni dwar Dun Karm ara dan il-vidjow: Dun Karm Psaila – Tagħrif Socjali

0 Response to “Il-Poeta Nazzjonali – Dun Karm”


  • No Comments

Leave a Reply