Viva San Martin!

Gewz, lewz, qastan tin
Kemm inħobbu lil San Martin!

Novembru huwa x-xahar li jġib miegħu bosta festi u tifkiriet.  Insibuh bħala x-xahar tal-erwieħ tal-purgatorju.  Imma mhux biss.  Hemm il-festa tal-Qaddisin kollha, it-tifkira ta’ Jum il-Peprin, Kristu Re u oħrajn.  Imma zġur li għat-tfal, l-aktar popolari hija l-festa ta’ San Martin.  Fl-iskola tagċna niccelebraw il-festa ta’ dan il-qaddis bil-Quddiesa.  Ikollna wkoll Assembly Speċjali li matulha nitgħalmu aktar dwar San Martin, speċjalment dwar il-karita’ li kien jagħmel ma’ min kien inqas ixxurtjat minnu. F’din il-ġurnata jagħtuna permess inħallu l-uniformi d-dar u minflok nilbsu l-jeans.  Qabel tispiċċa l-ġurnata u nkunu sejrin lejn id-dar, kulħadd jircievi l-borża tradizzjonali, mimlija b’xi frotta tajba u b’affarijiet ohrajn.

VIVA SAN MARTIN!

Din is-sena t-tfal tal-klassi tal-Kinder kantaw l-għanja ċkejkna u ħelwa lil dan il-qaddis. Kantawha bil-qalb minn fuq il-palk u wara kulħadd ingħaqqad magħhom ikanta.  Intwerew żewġ filmati qosra dwar din il-festa tradizzjonali u animazzjoni ħelwa tal-kanzunetta.  It-tfal tal-Kinder kienu minn tal-ewwel li ħadu l-borża din is-sena għaliex wara li kantaw ingħataw il-borża hekk kif kienu fuq il-palk, u l-ferħ kien jidher sew fuq wiċċhom!

Ġewż, lewż, qastan, tin!

Il-Festa ta’ San Martin

xx

0 Response to “Viva San Martin!”


  • No Comments

Leave a Reply