L-ittra …. m

It-tfal tal-klassi K1.1 ippreparaw ftit gallettini flimkien mal-għalliema tagħhom Ms Anna.  Imma dawn il-gallettini huma speċjali tafux għax għandhom il-forma tal-ittra “m”, l-ewwel ittra li t-tfal ta’ l-ewwel sena tal-Kinder fl-iskola primarja tal-Primarja fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca jitgħallmu.

It t-tfal fittxew l-ittra “m” minn ġo kaxxa mimlija ittri.  Bl-għajnuna tal-għalliema t-tfal fetħu l-għaġina u qatgħu l-forma tal-ittra “m” bil-forom tal-plastik. It-tfal ippruvaw wkoll jiffurmaw l-ittra “m” bl-għaġina billi ħarsu lejn l-ittra u pruvaw jagħmlu l-forma tal-ittra.

Agħfas fuq l-istampa ta’ hawn taħt biex tara
video qasir tat-tfal jaħdmu dawn il-gallettini

0 Response to “L-ittra …. m”


  • No Comments

Leave a Reply