Daily Archive for February 27th, 2014

Wasal iż-Żmien tal-Karnival!

Il-klassi tal-Kindergarten K1.2 flimkien mal-għalliema tagħhom Ms Audrey Chetcuti hadmu bi sħiħ għall- festa li tara t-tfal jifirħu b’ħafna kuluri, żfin u xi ftit bluha wkoll.  Il-Buffu huwa sinonimu mal-Karnival u mhux biss kien ta’ ispirazzjoni għall-krafts li għamlu t-tfal fil-klassi biż-żebgħa ta’ kulur differenti u karti differenti mibnija fuq xulxin iżda kien ukoll it-tema li ġiet żvilluppata għall-karru tal-klassi!

Kemm ħadu pjaċir it-tfal bil-karru oriġinali li għamlu lkoll flimkien, u l-ors tagħhom kien li jduru madwaru jiżfnu u jkantaw l-Innu tal-Karnival – Jgħidu x-xjuħ u jgħidu t-tfal Viva Viva l-Karnival!

xxxxxxxx