EkoSkola Assembly

Illum kien imiss lilna t-tfal tal-EkoSkola biex nieħdu sehem fl-assembly li ntellgħu ta’ kull ġimgħa fis-sala tal-iskola. Ftaħna r-Rebbiegħa aħna għax il-ġurnata nzertat il-21 ta’ Marzu. L-għalliema li tieħu ħsiebna, Ms Brenda, kitbet reċta qasira u lkoll kellna parti fiha. Wassalna l-messaġġ tal-Eko Skola bil-karattri ta’ Wenzu u Rożi. Waqt ir-reċta semmejna l-pjani t’azzjoni li ħdimna bis-sħiħ tul is-snin kemm ilna membri tal-EkoSkola u qed inkomplu naħdmu fuqhom bħalissa. Wassalna wkoll messaġġ dwar il-moħqrija tal-annimali peress li f’dawn is-sentejn qed naħdmu ħafna fuq hekk. Ilkoll kemm aħna ħadna gost u nittamaw li kulħadd tgħallem xi ħaġa wkoll!!!

Nerġgħu nfakkrukom in-numru fejn tistgħu ċċemplu meta taraw xi annimal fil-bżonn 1717!

Il-membri tal-Eko Skola


1 Responses to “EkoSkola Assembly”


  • so proud of you kids…well done…thanks Ms Cri for inputting such an effort with great dedication.

Leave a Reply