Daily Archive for April 30th, 2014

Audit tal-EkoSkola ġewwa l-MiddleSea

Għall-ewwel darba t-tim tal-EkoSkola ġie mistieden biex jagħmel żjara fl-uffiċini tal-kumpanija tal-MiddleSea ġewwa l-Furjana. Il-membri kollha kienu ħerqana għal din l-esperjenza. Aħna l-għalliema ħdimna bis-sħiħ sabiex din il-ġurnata tkun waħda memorabbli u ppreparajna lit-tfal sew minn qabel ma morna.

Meta wasal il-jum it-tfal ingħataw sett ta’ mistoqsijiet sabiex jiggwidawhom għal dan l-audit. Konna ma’ żewġ skejjel oħra u kull skola kellha tiċċekkja sular differenti. It-tfal tagħna flimkien magħna l-għalliema u anki mar-rappreżentant tal-kumpanija żorna l-entratura u l-uffiċċji kollha tas-sular t’isfel. It-tfal urew entużjażmu u interess kbir u għamlu xogħolhom tajjeb ħafna. Involvew ruħhom bi ħġarhom il-ħin kollu. Fittxew f’kull rokna u ma ħallew xejn jaħarbilhom minn għajnejhom.

Din l-esperjenza ser tibqa’ f’moħħna. Għandna d-dmir li niktbu rapport sabiex ngħinu aktar lil din il-kumpanija biex issir aktar ‘Eco-Friendly’. Il-ħaddiema laqgħuna bi ħġarhom u qed jistennew ir-rapport tagħna sabiex iwettqu s-suġġerimenti li ser niktbulhom.

Agħfas fuq ir-ritratt sabiex tara filmat tat-tfal waqt din l-attivita’

Ms Brenda Cefai, Ms Maroushka Bezzina, Ms Maria Cauchi

Link Teachers