Inħobbu l-kotba

Il-Ġimgħa 24 t’Ottubru 2014 l-istudenti tas-Sitt Sena flimkien mal-għalliema tagħhom Ms Miriam u Ms Josianne tellgħu żifna bħala parti mill-assembly.  Quddiem sala mimlija tfal mill-Kinder sal-Year 5 u numru sabiħ ta’ ġenituri t-tfal tas-Sitt Sena żifnu ma’ kanzunetta fuq bażi rap.  Id-diska kellha tagħlima fiha nfisha wkoll – l-imħabba lejn il-kotba u l-qari, fil-fatt it-tfal żifnu b’kotba f’idejhom.  Aħna lkoll ħadna gost naraw it-tfal jizfnu u ta’ min jgħid li nieħdu gost ferm aktar meta naraw tfal jaqraw u l-imħabba lejn il-ktieb dejjem tiżdied!

Riżorsi:
Video tad-diska minn fuq YouTube
Dokument li fih il-passi li fuqhom żifnu it-tfal

0 Response to “Inħobbu l-kotba”


  • No Comments

Leave a Reply