Daily Archive for November 22nd, 2014

Tnaqqis tal-Iskart

Din il-ġimgħa, bejn it-22 u t-30 ta’ Novembru hija l-ġimgħa Ewropea ddedikata għat-tnaqqis tal-iskart.

L-iskola tagħna ġiet magħżula biex tieħu azzjoni fit-tnaqqis tal-iskart.  Kif forsi ndunajtu fejn it-taraġ għamilna spazju apposta għar-reċiklaġġ ta’ batteriji, bolol u apparat elettroniku żgħir. Barra minn hekk żidna wkoll post għall-karti li huma użati biss minn naħa waħda biex min ikollu bżonn jista’ jmur jiġbor karta minn hemm. Kull klassi għandha kaxxi apposta u qed tissepara l-iskart sew u kif suppost.

Kif nistgħu nnaqsu l-iskart?

L-aħjar ħaġa biex jitnaqqas l-iskart hu li titnaqqas il-produzzjoni – REDUCE.

Li terġa’ tuża prodott huwa t-tieni l-aħjar ħaġa wara li jitnaqqas l’użu, għax meta jitnaqqas l’użu qed tonqos il-produzzjoni u tintuża’ inqas materja prima – REUSE.

Meta nirreċiklaw inkunu qed nitfgħu l-prodott lura fis-sistema, b’hekk tonqos il-produzzjoni u tintuża inqas materja prima – RECYCLE