Tappijiet, tappijiet u aktar tappijiet!

Ta’ kull filgħodu xi tifel jew tifla jiġi sal-uffiċju u jħalli xi borża jew tnejn mimlija tappjiet.  Tappijiet tal-plastik li, li kieku ma niġbruhomx jintremew ma’ skart ieħor … jew kif aħna nittamaw kieku jintremew mal-affarijiet tal-plastik għar-riċiklaġġ!

Imma fl-iskola Primarja tal-Furjana t-tfal huma mħeġġa biex tappijiet tal-plastic li jkunu se jintremew, minflok iġibuhom l-iskola.  Dawn niġbruhom sabiex jinġabru mill-GreenPak u dawn jieħduhom huma għar-riċiklaġġ u għall-kull kilo tappijiet tal-plastik tingħata donazzjoni lill-Istrina.  Mela mhux biss qed ngħinu l-ambjent li ngħixu fih billi nirriċiklaw iżda wkoll qed ngħinu lill-Istrina.

Ta’ min jgħid li allavolja aħna skola żgħira l-impenn ta’ kulħadd jinħass bi sħiħ.  Din is-sena diġa ġew tal-GreenPak u ġabru numru sabiħ ta’ boroz kbar … tafu kemm? Inġabru 69 borza u t-tappijiet baqgħu ġejjin.  Sa qabel ma nieqfu bil-btajjel tal-Milied tal-GreenPak għandhom jerġgħu jiġu biex jiġbru xi tappijiet oħra li nkunu ġbarna.

Ma nistgħux ma nsemmux li l-għarfien li qed inqajmu ġewwa l-iskola qiegħed jinfirex fil-komunita tal-Furjana għax mhux l-ewwel darba li ġabulna xi tappijiet minn postijiet barra mill-iskola.  Għalhekk inħeġġu lil kulħadd biex inġibu aktar u aktar tappijiet!

Agħfas fuq ir-ritratt t’hawn fuq sabiex tara aktar ritratti.

0 Response to “Tappijiet, tappijiet u aktar tappijiet!”


  • No Comments

Leave a Reply