Daily Archive for January 19th, 2015

Milqugħin b’tislima mill-isbaħ mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca

Il-ftuħ tal-Maratona bir-Roti din is-sena sar bi kbir. L-eċċellenza tagħha għoġobha tilqagħna f’kamra fil-Palazz fejn is-soltu tilqa’ nies ta’ fama importanti ħafna. B’hekk urietna kemm għandha għal qalbha din l-attività li ma baqgħetx fil-Kulleġġ tagħna biss iżda nfirxet mal-kulleġġi kollha f’Malta u f’Għawdex.

Għal din l-okkażżjoni kont jien l-għalliema li attendejt bi ħġari. Għażilna żewġt itfal mit-tielet klassi wkoll. Dawn huma Yasmin Mackay u Elias Bezzina Cascino. Għalina kienet esperjenza unika fejn stajna nitkellmu wiċċ imb’wiċċ mal-eċċellenza tagħha mingħajr l-ebda mistħija. Intbaħna kemm hi persuna li żżomm saqajha mal-art u t-tgħanniqa li tat lit-tfal kienet tassew ġejja mill-qalb.

Għal din l-okkażżjoni kienu mistiedna rapreżentanti minn kull skola tal-Kulleġġ tagħna u x-xorti messet lilna. Il-President qaltilna erba’ kelmiet mill-isbaħ dwar is-sbuħija li nagħtu xi ħaġa tal-flus lil nies li jkunu jew huma fil-bżonn. Kienet esperjenza li żgur ma jien ser ninsa qatt u nibqa’ ngħożż għal għommri kollu.

Ms Brenda Cefai

Runners Up in the College Futsal Tournament

Our football team, made up of boys and girls from our Year 5 and Year 6 classes competed against the other teams within our College during the Futsal Tournament which was held on Monday 19th January at the Cottonera Sports Complex. Our team was under the supervision of Ms. Josianne Magri.  We really are proud of all of you.

aa

Well Done Floriana School!