Żjara f’Radju RTK 103FM – It-Tnejn 23 ta’ Frar 2015

Din iż-żjara kienet esperjenza li mhux ser ninsew qatt. Wara l-iskola morna mal-għalliema tagħna Ms Brenda sabiex nieħdu sehem fi programm tat-tfal li jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fis-siegħa ta’ wara nofs in-nhar. Il-preżentatriċi Ms Josephine Ebejer Grech laqatna bi tbissima ħelwa. Għamilna siegħa fil-programm. Ms Brenda tkellmet u spjegat dwar l-EkoSkola u dwar dak kollu li nagħmlu fl-iskola tagħna. Aħna tkellimna dwar dan ukoll. F’nofs il-programm ħadna sehem fi tlett logħbiet differenti. L-ewwel logħba kien jisimha ‘Kemm Tiftakar’, ‘Il-Logħba tal-ABĊ’ u ‘Agħżel it-Tajba’.

Vera ħadna gost nipparteċipaw bejnietna u tgħallimna ħafna affarijiet ġodda wkoll. Talli ħadna sehem f’dan il-programm tawna żewġ kotba kull wieħed bil-Malti. Kienet esperjenza sabiħa ħafna u li mhux ser ninsew. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jisma’ dan il-programm nhar il-Ħadd l-1 ta’ Marzu fis-siegħa ta’ wara nofs in-nhar fuq radju RTK 103FM.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tara l-esperjenza tagħna fuq Radju RTK


Haylee Mangion u Jael Dalli
(Membri tal-EkoSkola)
Studenti tal-5 sena

3 Responses to “Żjara f’Radju RTK 103FM – It-Tnejn 23 ta’ Frar 2015”


Leave a Reply