Daily Archive for April 14th, 2015

Il-Ġnien Sigriet tal-President

Il-qari qatt m’huwa biżżejjed! Nurmu sabiħ ta’ attivitajiet għal tfal ta’ kull eta’ ser isiru fil-Palazz ta’ San Anton.  Dawn l-attivitajiet bl-isem “Il-Ġnien Sigriet tal-President” qed jiġu organizzati mill-Fondazzjoni għall-Ġid tas-Soċjetà li twaqfet mill-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta.  Din is-sensiela ta’ attivitajiet ser tibda fit-18 t’April sad-29 ta’ Ġunju.

Għal aktar informazzjoni dwar dawn l-attivitajiet agħfas hawn sabiex tara l-Prrogram.

Imla l-applikazzjoni u l-formola tal-kunsens sabiex uliedek ukoll jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet u jitgħalmu filwaqt li jieħdu pjacir!
Applikazzjoni u Kunsens tal-genituri 2015
Application and Consent form 2015

Kull min huwa interessat għandu jimla dawn l-applikazzjonijiet u jibgħathom lil angela.caruana@gov.mt jew pfws.opr@gov.mt jew jintbagħtu bil-posta f’dan l-indirizz: The President’s Foundation for the Wellbeing of Society, San Anton Palace Attard.