EkoSkola Summit 2015

Din is-sena x-xorti messet lilna li mmorru l-Parlament sabiex nattendu għas-summit tal-EkoSkola. Konna xxurtjati li nkunu fil-Parlament il-ġdid. Nistgħu ngħidu li aħna konna minn tal-ewwel li naraw dan il-bini modern u sabiħ.

Żewġ għalliema Ms Brenda u Ms Maria ġew magħna sabiex nipparteċipaw f’dan is-summit. Kellna l-opportunità li noqogħdu bilqegħda ħdejn il-Ministri ta’ Malta u t’Għawdex. Iddiskutejna u tkellimna dwar il-Millenium Development Goals (MDGS). Flimkien tkellimna kif għandna ntejbu sabiex ikollna ambjent sostenibbli. Il-Ministri wkoll ħadu sehem f’din id-diskussjoni. Mexxa dan is-summit l-ispeaker Dr Anglu Farrugia. Kienu wkoll preżenti l-għalliema kollha tal-EkoSkola kif ukoll il-President Vincent Attard u l-EkoSkola Coordinator Prof Paul Pace.

xxxxxxxxx

Din il-ġurnata ma aħna ser ninsewha qatt u ser tibqa’ f’moħħna għal dejjem!   

Miktuba minn Caya Zammit u Yasmine Mackay

0 Response to “EkoSkola Summit 2015”


  • No Comments

Leave a Reply