Daily Archive for June 5th, 2015

Meta ħadna r-raba’ Bandiera Ħadra tal-Eko Skola

Nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Ġunju 2015 it-tfal flimkien mal-għalliema kollha tal-iskola konna ferħanin għax għal darba oħra rnexxielna nġibu lura l-bandiera l-ħadra fl-iskola tagħna. F’din il-ġurnata aħna flimkien mas-surmast u żewġ għalliema oħra Ms Maria u Ms Brenda morna fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta sabiex nattendu għaċ-ċerimonja ta’ din l-okkażżjoni.

F’din iċ-ċerimonja kien hemm preżenti l-President Marie Louise Coleiro Preca sabiex tagħti l-bandiera l-ħadra lil kull skola li kien ħaqqha dan l-unur. Tgħidx kemm konna eċitati meta tlajna u ġejna wiċċ imb’wiċċ mal-President speċjalment meta ħadnilha b’idejha!

Ħaġa li konna kburin biha hi li fi skola żgħira bħalma hi tagħna rnexxielna nieħdu u nżommu l-bandiera l-ħadra għal erba’ darbiet wara xulxin. Għalhekk nixtiequ ngħidu grazzi lil kull tifel u tifla li tat is-sehem tagħha biex nerġgħu nsebbħu t-taraġ bil-bandiera l-ħadra. Grazzi kbira tmur ukoll għall-għalliema kollha, il-link teacher tal-Eko Skola, il-purtinari kollha kif ukoll lis-segretarja tal-iskola, l-Assistenta Kap u l-Kap tal-iskola.

Ejja naħdmu lkoll flimkien sabiex sentejn oħra dan l-unur jibqa’ għandna!

Miktuba minn Kayleigh Henderson u Dayle Mamo