Daily Archive for September 24th, 2015

Sena Skolastika taħt il-Ħarsien tal-Madonna

Għal darba oħra ninsabu fil-bidu ta’ sena skolastika ġdida.  Kif itir iż-żmien! L-istess bħal ma għamilna s-sena l-oħra – se nerġgħu niddedikaw din is-sena lil Marija għajnuna tal-Insara. Meta npoġġu l-ħajja tagħna taħt il-ħarsien ta’ Marija nkunu qed nafdaw fl-aktar avukata tajba li qatt jista’ ikollna.  Nitolbu lil Marija, li mill-ewwel kienet lesta tilqa’ il-messaġġ tal-Anġlu, meta talabha biex issir l-omm tal-Iben t’Alla. Ix-xewqa kbira ta’ ħajjitha kienet li dejjem tagħmel ir-rieda tal-Missier li jinsab fis-sema. Marija għinna biex inkunu dejjem umli u ubbidjenti. Agħmel li bħalek, dejjem inkunu ġenerużi ħalli nimxi wara Ġesù, kulfejn jogħġbu jsejjħilna. B’hekk ikollna garanzija li din is-sena skolastika tkun waħda tajba, bħal dik ta’ qabilha, jew aħjar minnha wkoll!