Daily Archive for October 16th, 2015

L-Importanza tal-Quddiesa

Sfortunatament qegħdin nosservaw li xi wħud mit-tfal ma jattendux għall-quddiesa, lanqas dik tal-Ħadd. Meta ġew mistoqsijin min imur quddiesa l-Ħadd ftit kienu dawk li għollew subgħajhom u kien hemm min qal li ħadd ma jieħdu l-knisja!  Dawn għadhom tfal żgħar u sabiex imorru l-knisja hemm bżonn li jmorru ma’ xi ħadd – jew il-ġenituri jew xi ħadd ieħor li hu responsabbli. Ma nistgħux nistennew li tfal ta’ din l-eta’ imorru l-knisja waħidhom! Tinsewx li kontu intom li għażiltu li tgħamduhom u li tressquhom għall-Ewwel Tqarbina – issa komplu l-missjoni tagħkom billi tagħtuhom eżempju tajjeb! Immorru għall-quddiesa mhux biex ngħoġbu lill-arċipriet, jew lill-qassis li jkun hemm, iżda biex inroddu ħajr lil Alla li ħalaqna u għadu jżommna ħajjin.  Nieħdu pjaċir jekk għall-quddiesa li norganizzaw aħna bħala skola jkun hemm aktar ġenituri li jattendu u jipparteċipaw. Wara kollox il-quddiesa mhi xejn ħlief l-ikla tal-ħbieb u l-familja flimkien. Narawkom!