Ħarġa Edukattiva – L-Assedju Jkellimna fil-Belt Valletta

Nhar it-Tnejn 19 t’Ottubru 2015 it-tfal tal-Year 5 u tal-Year 6 marru ħarġa edukattiva l-Belt mal-għalliema tagħhom.  Żaru l-Mużew tal-Arkeoloġija fejn raw bosta affarijiet sbieħ u interessanti.  It-tfal ħadu sehem sħiħ f’eżerċizzju li ra lit-tfal jiżfnu żifna tissejjaħ il-Parata, iż-żifna tradizzjonali bejn il-Kavallieri u t-Torok.  F’din iż-żifna pparteċipaw it-tfal kollha.  Min libes u għamel il-parti ta’ Kavallier u min libes u għamel il-parti tat-Torok.  Il-ġlieda simbolika kienet forma ta’ żifna.  Wara mxew flimkien sal-monument tal-Assedju li jinsab quddiem il-Qorti u jfakkar din il-ġrajja hekk importanti fl-istorja ta’ Malta.  Hemm waqfu għal brejk qasir u marru lura l-iskola.

Kienet esperjenza sabiħa ħafna u minna kulħadd tgħallem dwar l-istorja ta’ pajjiżna.  Din il-ħarġa kienet marbuta mal-proġett L-Assedju Jkellimna fil-Belt Valletta.

Haylee Mangion
Year 6

Ritratti u vidjos ta’ din l-attività ser jittellgħu aktar ‘l quddiem

1 Responses to “Ħarġa Edukattiva – L-Assedju Jkellimna fil-Belt Valletta”


Leave a Reply