Special Assembly Year 6

Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ottubru 2015 it-tfal tas-Sitt Sena, bl-għajnuna tal-għalliema Ms Martina u Ms Erica, tellgħu preżentazzjoni verament ħelwa fejn waslu messaġġ sabiħ li għandna nkunu kuntenti b’dak li għandna.  U huwa tassew importanti li nagħrfu li aħna lkoll differenti iżda għandna nkunu kuntenti b’dawk it-talenti sbieħ li aħna mżejnin bihom, għaliex wara kollox, kulħadd għandu xi ħaġa x’jofri lis-soċjetà.  It-tfal ghamlu reċta qasira u fl-aħħar żifnu flimkien mal-kanzunetta “Happy“.

Script tar-reċta:   Be_happy_with_yourself
Il-Kanzunetta:     Happy – Pharrell Williams

Waqt din l-Assembly ġiet tkellimna wkoll rappreżentanta tal-Missio Malta flimkien mal-mascot tagħhom, fejn ħeġġewna sabiex ngħinu lill-komunitajiet  tal-Madagascar sabiex ikollhom ilma safi biex jixorbu.  Kull min jixtieq jgħin f’dan l-għan għandu jfittex lil Ms Maria.

Agħfas fuq l-istampa sabiex tara filmat qasir taż-żifna

1 Responses to “Special Assembly Year 6”


Leave a Reply