Daily Archive for November 5th, 2015

Laqgħa Importanti Għall-Ġenituri tat-3 u r-4 Sena

L-għalliema tal-PSCD jixtiequ jagħmlu laqgħa għall-ġenituri jew kustodji tat-tfal li qegħdin fit-3 Sena u fir-4 Sena.  Matul din il-laqgħa se jiddiskutu magħkom dwar kif intom tistgħu tgħinu lit-tfal fil-formazzjoni sħiħa tagħhom u dwar is-suġġett fih innifsu li jgħin lit-tfal jikbru b’mod aktar ħolistiku.  Il-PSCD huwa suġġett sensittiv u delikat u għalhekk hemm bżonn li jittieħed b’serjeta’ kbira minn kulħadd.  Din il-laqgħa se ssir fl-iskola stess nhar it-Tnejn 9 ta’ Novembru 2015 u tibda fl-10.00.  Importanti li tattendu u tkunu fil-ħin.