Daily Archive for November 30th, 2015

Good Night Gorilla

Good Night Gorilla hija storja ħelwa fejn gorilla li jkun jgħix  ġo żu mal-annimali l-oħra, jisraq iċ-ċwievet tal-gwardjan taz-żu u jħarrab lil sħabu l-annimali biex jidħlu jorqdu ġod-dar tiegħu għax kienu mdejqin ġol-gaġeġ.   Ms Audrey,  uriet lit-tfal tagħha kemm żu hu ikrah għall-annimali u kemm ikunu mdejqin jgħixu hemm.

B’din l-istorja t-tfal tgħalmu l-ismijiet tal-annimali kif ukoll il-kuluri taċ-ċwievet li kellu il-gwardjan taż-żu  biex jiftaħ il-gaġeġ.

Minbarra l-krafts, ippreparatilhom ukoll matching games fejn it-tfal riedu jqabblu annimal mal-kulur tal-gaġġa, kif ukoll ċavetta mal- katnazz.

xxxxx

KAMPANJA MILIED FLIMKIEN – 2015

Messaġġ mill-Eċċellenza Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca
President ta’ Malta
KAMPANJA MILIED FLIMKIEN – 2015
Għeżież tfal,
Ix-xahar ta’ Diċembru huwa żmien li jġib miegħu il-ferħ tal-Milied. Huwa wkoll żmien ta’ għaqda, fejn nuru solidarjetà ma minn ikun għaddej minn żmien diffiċli, u b’hekk naqsmu l-ferħ tagħna ma’ ħaddieħor.
Hu ta’ sodisfazzjon għalija meta nara l-għarfien dejjem jikber fostkom l-istudenti dwar il-bżonnijiet li jkollhom persuni oħra li niltaqgħu magħhom kuljum. Il-Malta Community Chest Fund tgħin lil nies li jkollom bżonn ta’ għajnuna matul is-sena kollha u dan nistgħu nagħluh permess tal-ġenerożità tagħkom u tal-familji tagħkom.
Intom xhieda ħajja tas-solidarjetà u l-ġenerożità li għandu l-poplu Malti u Għawdxi. Huwa ġest nobbli ħafna meta taqsmu ftit minn dak li jkollkom ma’ sħabkom li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet. Bil-ftit ta’ kulħadd naslu sabiex nagħmlu l-ħajja ta’ ħaddieħor aħjar.
L-għotjiet tagħkom ilkoll flimkien jagħmlu somma sabiħa li ta’ kull sena tmur fil-Malta Community Chest Fund, biex jgħin lil min l-aktar għandu bżonn.
Rappreżentanti ta’ kull skola sejrin din is-sena joffru l-għotja tal-iskola tagħkom waqt il-quddiesa li ser tkun iċċelebrata fil-ftuħ uffiċjali tal-Kampanja Milied Flimkien. Din il-quddiesa se ssir nhar il-Ħamis 10 ta’ Diċembru fid-9.30 ta’ filgħodu, ġewwa l-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Minn qalbi nixtieq Milied ta’ paċi u hena lilkom u lill-familji tagħkom.
Marie-Louise Coleiro Preca

Ċaqlaq Fun Day!