Daily Archive for December 5th, 2015

L-esperjenza tagħna fil-Ministeru tal-Edukazzjoni

Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Diċembru morna żjara sal-Ministeru tal-Edukazzjoni flimkien mal-għalliema tal-EkoSkola. Stajna naraw wirja li tellajna aħna stess. Matul dawn l-aħħar jiem konna qed infittxu xi informazzjoni dwar il-Jamaica, pajjiż li jifforma parti miċ-CHOGM. Wara li kull klassi għamlet il-proġett dwar dan il-pajjiż, ħadna x-xogħol tagħna ġewwa l-Ministeru u hemmhekk stajna naraw il-proġetti tal-iskola tagħna kif ukoll ta’ skejjel oħra.

Matul din iż-żjara, il-Ministru tal-Edukazzjoni, L-Onorevoli Evarist Bartolo ġie jkellimna sabiex ngħidulu dwar il-proġett tagħna. Rajna wkoll ix-xogħol tal-iskejjel l-oħra u qsamna l-ideat tagħna wkoll.

Din iż-żjara kienet esperjenza oħra unika fejn għal darb’oħra tgħallimna ħafna.

Miktuba minn Haylee Mangion, Jael Dalli u Rico Bezzina Cascino
Membri tal-Kumitat tal-EkoSkola