Daily Archive for December 6th, 2015

Is-Siġar

Is-siġra tal-Għargħar hi s-siġra nazzjonali tagħna
Importanti li nkunu nafu dwarha, infittxu x’informazzjoni ħerqana!
Taħt xi Ħarruba nintefgħu innaqru u npaċpċu għall-kenn
F’xi ħarġa fil-kampanja, wara xi mixja biex nistrieħu jkollna ġenn.

Is-Siġar f’ħajjitna tant jagħmlu differenza…
Issebħu minn kull fejn ngħaddu u għandna nuru konnoxenza.
Jipprovduna bl-injam sabiħ għall-għamara fid-djar
Iżda ma ninsewx li s-Siġar għal ħafna annimali jipprovdu d-dar!

Siġar ta’ kull daqs kuljum madwarna naraw…
Iżda kemm napprezawhom u nammirawhom għiduli jaqaw??
Kemm joħroġ tpespis ħelu tal-għasafar li jistrieħu fuq iz-zkuk
Ieqaf  ftit u ismagħhom meta tmur passiġata ma’ ħuk!

Għandna niftakru li kull siġra kbira minn żerriegħa żgħira bdiet
Inpoġġu taħt waħda, naħsbu u nirriflettu meta nkunu fil-kwiet!
Grazzi Mulej, talli s- Siġar sbieħ Inti ħlaqt
Biex isebbħulna ħajjitna, hekk Inti xtaqt!

Rita Tabone