Daily Archive for January 15th, 2016

Jum is-Siġar – 15 ta’ Jannar 2016

Illum żrajna tipi differenti ta’ siġar fil-ġnien ċkejken tagħna li jinsab fil-bitħa tal-iskola. Qabel żrajna ġew xi nies sabiex ineħħu l-ħaxix ħażin li kellna biex b’hekk inkunu nistgħu niżirgħu xi siġar u pjanti oħra. Żrajna sitt tipi differenti ta’ xtieli fosthom il-Pittosporum Tobira, Lantana, Nerium Oleander, Lumi, Plumbago u Metrosideros. Apparti minn hekk waħħalna label ma’ kull siġra sabiex nibqgħu niftakru l-isem. Vera ħadna gost inħawwlu dawn ix-xtieli filwaqt li sebbaħna wkoll l-ambjent ta’ madwarna. Issa qed nittamaw li jikbru sabiex ikollna bitħa mimlija bi ġnien mill-isbaħ. Ser nibdew ukoll insaqqu dawn is-siġar sabiex jikbru iżda peress li hu żmien tax-xitwa, ix-xita tkun tista’ ssaqihom ukoll!

Caya Zammit
Membru mit-tim tal-EkoSkola

Monstri monstri … kullimkien!

Kemm iħobbu jitkelmu fuq il-monstri t-tfal. L-immaġinazzjoni tagħhom ta’ kif jista’ jkun il-monstru huwa tal-għaġeb.

It-tfal tal-kinder, flimkien mal-għalliema tagħhom Ms Audrey, għamlu krafts fejn għażlu jekk il-monstru tagħhom kellux għajn waħda, tnejn jew anke tlieta. Kif ukoll jekk kellux aktar min żewġ saqajn! Fl-aħħar tal-ġimgħa sajru l-jelly u għamluh ġo żewġ tazzi żgħar biex jiġu jixbħu l-għajnejn tal-monstru tagħħom.

xxxxx