Monstri monstri … kullimkien!

Kemm iħobbu jitkelmu fuq il-monstri t-tfal. L-immaġinazzjoni tagħhom ta’ kif jista’ jkun il-monstru huwa tal-għaġeb.

It-tfal tal-kinder, flimkien mal-għalliema tagħhom Ms Audrey, għamlu krafts fejn għażlu jekk il-monstru tagħhom kellux għajn waħda, tnejn jew anke tlieta. Kif ukoll jekk kellux aktar min żewġ saqajn! Fl-aħħar tal-ġimgħa sajru l-jelly u għamluh ġo żewġ tazzi żgħar biex jiġu jixbħu l-għajnejn tal-monstru tagħħom.

xxxxx

1 Responses to “Monstri monstri … kullimkien!”


  • L-eċitament tat-tfal kien verament evidenti … tismagħhom jitkelmu fuq il-monstri huma u mixjin fil-kuritur, isaqsu meta ser isajru l-jelly hekk kif jidħlu l-iskola filgħodu u tbissima minn widna sa widna meta nhar il-Ġimgħa ħadu magħhom id-dar il-jelly li ppreparaw u kburin wrew il-jelly monster lill-ġenituri hekk kif kienu ħerġin mill-iskola!

    Prosit tfal! Prosit Ms Audrey!

Comments are currently closed.