Daily Archive for March 3rd, 2016

Ħarġa sal-Buskett

It-Tnejn. 29 ta’ Marzu 2016, ħriġna ħarġa vera sabiħa – aħna l-membri tal-EkoSkola morna mawra sal-Buskett. Tgħidx kemm tgħallimna u ħadna gost. Iltqajna ma’ persuna li jieħu ħsieb it-tħawwil tas-siġar u pjanti u l-ambjent tal-Buskett. Imxejna mal-Buskett kważi kollu u lanqas rajna l-ħin itir. Waqt li konna mexjin rajna, missejna u xammejna tipi differenti ta’ siġar u pjanti. Rajna siġar li ilhom jeżistu aktar minn tmien mitt sena filwaqt li rajna oħrajn li għadhom ċkejknin. Rajna d-differenza bejn siġar li jikbru b’mod naturali u oħrajn li jikbru man-made jiġifieri jkun ħawwilhom il-bniedem. Ħawwilna xi siġar aħna wkoll. Ġbarna żerriegħa tal-ġandar u tal-weraq tar-rand u ħawwilnihom f’pots żgħar li ħadna magħna d-dar sabiex inkabbruhom aħna stess.

Kienet ħarġa verament sabiħa li tagħmel sens mat-tema tagħna għal dawn is-sentejn. Niftakru li qed naħdmu dwar it-tema tas-siġar. Nixtiequ nfakkru l-Eko Code tagħna li hi Trees are Treasures u verament is-siġar huma teżori…ejjew nieħdu ħsieb il-ftit siġar li għandna!

Miktuba mill-membri tal-Eko Skola flimkien ma’ Ms Brenda.