Monthly Archive for April, 2016

My Town

The Year 6 class discussed with their teacher Ms Matthia, their home town or village.  All learners shared information about their town or village with the class and one of them also sent us his own writing to share with you all.

Please click here to read Rico Bezzina Cascino’s writing on his Home town – Floriana: My Town – Rico Bezzina Cascino

Is-Sitt Summit tal-EkoSkola

Din is-sena kien imiss lilna Jael, Rico, Haylee, Nirvana u Elias li nattendu għall-Young People’s Summit li ilu jsir għal dawn l-aħħar sitt snin. It-tema kienet fuq Climate Change – we care about our future. Iltqajna Dar il-Mediterran u kellna xi workshops Forti Sant’Iermu. Tkun okkażżjoni fejn niltaqgħu ma’ skejjel oħra li huma membri fl-EkoSkola.

Semmejna diversi punti fosthom:

-      Nippruvaw ma nużawx affarijiet li jagħmlu l-ħsara lill-arja meta m’hemmx bżonn nużawhom minħabba l-arja l-ħażina li tissejjaħ CO2;

-      Xogħolijiet tat-toroq isiru matul il-lejl sabiex filgħodu ma jkunx hawn ħafna traffiku;

-      Ninkoraġġixxu l-bejgħ ta’ prodotti lokali.

Aħna ħriġna b’dawn il-punti fejn kollha ser ngħiduhom meta mmorru fil-Parlament:

  1. Nagħmlu aktar għarfien fuq it-televiżjon bħal ‘media spots’ qabel l-aħbarijiet fuq kull stazzjon minn tfal kif ukoll persuni famużi sabiex il-poplu jkun jaf aktar fuq il-klima u l-ħsara li qed issir;
  2. Kontroll fuq il-permessi tal-bini u aktar tħawwil ta’ siġar;
  3. Anqas ‘junk mail’ minn min jirriklama billi titħallas xi taxxa ma’ ammonti kbar ta’ printing. Ukoll irid ikun hemm kontroll li dan il-‘junk mail’ ma jintefax f’letter boxes li mhumiex abitabbli għax qed jispiċċaw jintremew jew jitħallew fuq bankini tad-djar. Dawn ir-riklami jistgħu jintwerew fuq social media;
  4. Peress li l-uffiċini tal-gvern huma kollha stazzjonati l-Belt, nistgħu nagħtu aktar poter lill-kunsilli lokali fejn il-poplu jkun jista’ jinqegħda aħjar minn affarijiet governattivi mill-lokal tiegħu u hekk nevitaw ukoll li jkun hemm aktar użu mill-karozzi personali.

F’din il-ġurnata tgħallimna ħafna sabiex nieħdu ħsieb id-dinja ta’ madwarna sabiex titgawda minn ġenerazzjoni għal oħra!

Miktuba minn:

Jael Dalli; Rico u Elias Cascino Bezzina; Haylee Mangion; Nirvana Farrugia.

Ikteb lil uliedek għall-Kinder

Ġenituri li jixtiequ jirreġistraw it-‐tfal tagħhom biex jibdew jattendu fil-‐Kindergarten 1 sa mit-‐3 t’Ottubru 2016, huma meħtieġa li jagħmlu dan sat-‐13 ta’ Mejju 2016. Jistgħu jiġu rreġistrati biss tfal li jkunu għalqu tlett snin sal-‐aħħar ta’ Diċembru 2016.  Ġenituri li jixtiequ jirreġistraw it-‐tfal tagħhom biex jibdew jattendu skola f’lokalità differenti mis-‐26 ta’ Settembru 2016 huma meħtieġa li jagħmlu dan sat-‐13 ta’ Mejju 2016 billi jċemplu fl-Uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ tal-‐iskola fejn it-‐tfal se jiġu rreġistrati.

Għal aktar tagħrif żur is-‐sit edu.gov.mt/kindergarten

Parents wishing to register their children to start attending in Kindergarten 1 as from 3rd October 2016 are required to do so by 13th May 2016. Only children that would have attained three years of age by the end of December 2016 can be registered for the October intake.  Parents wishing to register their children to start attending school in a different locality as from 26th September 2016 are required to do so by the 13th May 2016 by calling at the College Principal’s Office of the receiving College of the school wherein the child will be registered.

Additional information available on edu.gov.mt/kindergarten

Ħarġa sal-Argotti

Fl-Argotti ġiet organizzata Science Week u aħna l-membri tal-EkoSkola morna mal-għalliema tagħna Ms Brenda u Ms Maria. Ġew it-tfal tal-ħames klassi wkoll magħna flimkien mal-għalliema tagħhom.

Iltqajna ma’ tfal minn skejjel oħra wkoll. Fl-Argotti kien hemm seba’ tined u f’kull tinda kien hemm attivita’ li kellha x’taqsam max-xjenza. Fost l-attivitajiet li kien hemm, l-aktar li laqtuni kienu meta qagħdna ngħoddu kemm ikollha żmien siġra. Dan nistgħu narawh miz-zokk tagħha. Rajna diversi tipi ta’ xtieli kif ukoll xammejna u missejna diversi tipi ta’ herbs li nużaw għall-ikel. F’tinda minnhom kien hemm il-compost. Aħna rajna kif dan isir u kif nistgħu nagħmluh aħna wkoll fid-djar tagħna. F’tinda minnhom kien hemm akkwarju bil-ħut u stajna naraw dawk il-pjanti li jgħixu fl-akkwarju wkoll.

L-aħħar attivita’ kienet sabiħa wisq. Imxejna fuq tipi differenti ta’ ġebel u ċagħaq u ridna nħossu jekk hux iebes, artab, kiesaħ jew sħun. Kellna ineħħu ż-żarbun u l-kalzetti u tgħidx kemm ħadna gost!

Din il-ġurnata mhux ser ninsijha għax tgħallimt ħafna affarijiet sbieħ u ġodda. Fl-aħħar ktibna isimna wkoll fuq liżar li kien ippreparat apposta u ħadna sehem f’kompetizzjoni wkoll!

Nirvana Farrugia
Ir-raba’ sena
Membru tal-EkoSkola

xxxx

Myrtle Tree in our green patch

As part of our EkoSkola and Leaf Projects, we planted a Myrtle tree in our school yard. The myrtle tree is an indigenous species common in many parts of southern Europe and North Africa. Myrtle leaves have  been used medicinally for at least 3,000 years. Like most other native trees, it had nearly disappeared from the Maltese countryside but there is evidence that in a number of localities such as Wied Għajn Riħana it used to be common.

It is in fact a pity that the tree, known in Maltese as Riħan, is not planted more often in our country.

The myrtle does not grow high and at most reaches five metres but its special attributes are aromatic leaves and beautiful white flowers that are in bloom from late spring to late summer.

Later in the year the myrtle tree produces large numbers of blue-black berries. The berries contain several seeds and it is very easy to propagate the tree from them. The myrtle tree is also cultivated and can be found in gardens. It is ideal for hedges and one can be found in the front garden of the Domus Romana Museum in Rabat. Special thanks go to Mr. Johann Gatt, our EkoSkola and Leaf Coordinator.