Daily Archive for April 12th, 2016

Ħarġa sal-Argotti

Fl-Argotti ġiet organizzata Science Week u aħna l-membri tal-EkoSkola morna mal-għalliema tagħna Ms Brenda u Ms Maria. Ġew it-tfal tal-ħames klassi wkoll magħna flimkien mal-għalliema tagħhom.

Iltqajna ma’ tfal minn skejjel oħra wkoll. Fl-Argotti kien hemm seba’ tined u f’kull tinda kien hemm attivita’ li kellha x’taqsam max-xjenza. Fost l-attivitajiet li kien hemm, l-aktar li laqtuni kienu meta qagħdna ngħoddu kemm ikollha żmien siġra. Dan nistgħu narawh miz-zokk tagħha. Rajna diversi tipi ta’ xtieli kif ukoll xammejna u missejna diversi tipi ta’ herbs li nużaw għall-ikel. F’tinda minnhom kien hemm il-compost. Aħna rajna kif dan isir u kif nistgħu nagħmluh aħna wkoll fid-djar tagħna. F’tinda minnhom kien hemm akkwarju bil-ħut u stajna naraw dawk il-pjanti li jgħixu fl-akkwarju wkoll.

L-aħħar attivita’ kienet sabiħa wisq. Imxejna fuq tipi differenti ta’ ġebel u ċagħaq u ridna nħossu jekk hux iebes, artab, kiesaħ jew sħun. Kellna ineħħu ż-żarbun u l-kalzetti u tgħidx kemm ħadna gost!

Din il-ġurnata mhux ser ninsijha għax tgħallimt ħafna affarijiet sbieħ u ġodda. Fl-aħħar ktibna isimna wkoll fuq liżar li kien ippreparat apposta u ħadna sehem f’kompetizzjoni wkoll!

Nirvana Farrugia
Ir-raba’ sena
Membru tal-EkoSkola

xxxx