Is-Sitt Summit tal-EkoSkola

Din is-sena kien imiss lilna Jael, Rico, Haylee, Nirvana u Elias li nattendu għall-Young People’s Summit li ilu jsir għal dawn l-aħħar sitt snin. It-tema kienet fuq Climate Change – we care about our future. Iltqajna Dar il-Mediterran u kellna xi workshops Forti Sant’Iermu. Tkun okkażżjoni fejn niltaqgħu ma’ skejjel oħra li huma membri fl-EkoSkola.

Semmejna diversi punti fosthom:

-      Nippruvaw ma nużawx affarijiet li jagħmlu l-ħsara lill-arja meta m’hemmx bżonn nużawhom minħabba l-arja l-ħażina li tissejjaħ CO2;

-      Xogħolijiet tat-toroq isiru matul il-lejl sabiex filgħodu ma jkunx hawn ħafna traffiku;

-      Ninkoraġġixxu l-bejgħ ta’ prodotti lokali.

Aħna ħriġna b’dawn il-punti fejn kollha ser ngħiduhom meta mmorru fil-Parlament:

  1. Nagħmlu aktar għarfien fuq it-televiżjon bħal ‘media spots’ qabel l-aħbarijiet fuq kull stazzjon minn tfal kif ukoll persuni famużi sabiex il-poplu jkun jaf aktar fuq il-klima u l-ħsara li qed issir;
  2. Kontroll fuq il-permessi tal-bini u aktar tħawwil ta’ siġar;
  3. Anqas ‘junk mail’ minn min jirriklama billi titħallas xi taxxa ma’ ammonti kbar ta’ printing. Ukoll irid ikun hemm kontroll li dan il-‘junk mail’ ma jintefax f’letter boxes li mhumiex abitabbli għax qed jispiċċaw jintremew jew jitħallew fuq bankini tad-djar. Dawn ir-riklami jistgħu jintwerew fuq social media;
  4. Peress li l-uffiċini tal-gvern huma kollha stazzjonati l-Belt, nistgħu nagħtu aktar poter lill-kunsilli lokali fejn il-poplu jkun jista’ jinqegħda aħjar minn affarijiet governattivi mill-lokal tiegħu u hekk nevitaw ukoll li jkun hemm aktar użu mill-karozzi personali.

F’din il-ġurnata tgħallimna ħafna sabiex nieħdu ħsieb id-dinja ta’ madwarna sabiex titgawda minn ġenerazzjoni għal oħra!

Miktuba minn:

Jael Dalli; Rico u Elias Cascino Bezzina; Haylee Mangion; Nirvana Farrugia.

0 Response to “Is-Sitt Summit tal-EkoSkola”


  • No Comments

Leave a Reply