Daily Archive for June 3rd, 2016

Żjara fil-Parlament – Summit tal-EkoSkola 2016

Bħas-snin ta’ qabel ġietna opportunità oħra biex nattendu għall-mozzjoni mressqa mill-EkoSkola fil-Parlament. Din is-sena kien imiss lilna Elias u Nirvana sabiex nattendu u nipparteċipaw f’dan is-summit. Flimkien magħna ġew Ms Maria u Ms Janette.

Iltqajna ma’ diversi membri parlamentari kif ukoll studenti minn skejjel oħra li jiffurmaw parti mill-EkoSkola. Konna eċitati u entużjasti fl-istess ħin għax din kienet l-ewwel esperjenza għalina li mmorru fil-Parlament. Apparti minn hekk tkellimna ukoll mal-Ministri dwar il-punti li nħarġu fis-summit ta’ kif nistgħu ntejbu l-ambjent li ngħixu fih.

Aħna għidna dawn il-punti li ġejjin:

* ikun hemm servizz tat-trasport pubbliku b’xejn matul ir-rush hours (li għandhom jintgħażlu wara studju dwar liema hu l-aħjar ħin).

* isir sussidju għat-trasport tal-iskejjel.

* il-karozzi tal-linja jkunu elettriċi.

* isir kontroll fuq l-ammont ta’ karozzi li jista’ jkollha kull familja.

* jingħata kreditu lil min juża ħafna t-trasport pubbliku.

* fit-trasport pubbliku jkun hemm aktar rotot diretti.

* ikunu inċentivati l-użu tar-roti (ebikes) u muturi u jinħolqu aktar bicycle u bus lanes.

* togħla l-età ta’ meta tista’ ġġib il-liċenzja tas-sewqan ta’ karozza u tinżel l-età tal-liċenzja tal-muturi.

* aktar servizzi tal-Gvern jingħataw fil-lokalitajiet sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ nies li jmorru l-Belt biex jinqdew.

* li x-xogħlijiet fit-toroq isiru matul il-lejl.

Din l-esperjenza m’aħna ser ninsewha qatt u ninsabu kuntenti li niffurmaw parti mill-EkoSkola peress li toffri opportunitajiet uniċi!

Miktuba minn
Nirvana Farrugia u Elias Bezzina Cascino
Membri tal-EkoSkola