Daily Archive for June 4th, 2016

L-Ewwel Tqarbina fl-Iskola

Ta’ kull sena t-tfal tat-tieni sena jircievu l-ewwel tqarbina fil-parrocci rispettivi taghhom. Din hija okkazjoni importanti hafna fil-hajja ta’ dawn it-tfal u ghalhekk ikun bix-xieraq li fil-komunita’ tal-iskola dan l-avveniment jigi ccelebrat b’mod kif jixraq.

Din is-sena din il-festa saret nhar il-Gimgha 3 ta’ Gunju, sabiex tahbat ukoll mal-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’. It-tfal gew bl-ilbies abjad u sabih li jkun jixbah lill-bjuda u s-sbuhija ta’ qalbhom hekk kif ikunu se jircievu l-Ewkaristija ghall-ewwel darba fl-iskola. Il-Quddiesa flimkien fis-sala tal-iskola, l-Adorazzjoni fis-skiet u l-Barka tal-ahhar ikunu waqtiet sbieh li fihom nuru li ahna komunita’ li temmen, ticcelebra u tifrah flimkien. Il-Quddiesa bdiet billi t-tfal kollha poggew fjura bajda f’riglejn l-artal bhala simbolu tal-bjuda ta’ qalbhom. L-Arcipriet iccelebra din il-Quddiesa li kienet animata minn talb u kant mill-isbah u li hadu pjacir bih mhux biss it-tfal imma wkoll il-genituri li kienu prezenti. Mumenti mill-isbah kienu meta kantajna l-Missierna flimkien u meta rajna lit-tfal jitqarbnu! Fl-ahhar tal-Quddiesa saret il-Purcissjoni ghall-artal fejn Gesu’ kien espost ghall-qima taghna lkoll. Il-festa ntemmet bil-barka sagramentali.

It-tfal tat-tieni sena u l-genituri kellhom ukoll festin u rcevew xi rigali.  Grazzi kbira lil min ha hsieb jorganizza u jghin fil-Quddiesa,  izejjen u jiehu hsieb li kollox ikun imhejji kif suppost, lil min ha hsieb tal-festin, lil Jane Farrugia, lill-Arcipriet u lill-ghalliema, tfal u genituri li attendew.

xxxx