Daily Archive for October 19th, 2016

Laqgħa għall-Ġenituri tal-Year 4 Dwar it-Tablets

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

It-tfal tagħkom se jingħataw it-Tablet bħala għodda edukattiva matul ix-xahar ta’ Diċembru 2016.  It-tfal se jkollhom taħriġ fl-iskola dwar l-użu ta’ dan it-Tablet. Dan it-taħriġ se jsir fl-iskola stess matul ix-xahar ta’ Novembru.

Intom, bħala ġenituri/kustodji, ukoll se jkollkom laqgħa ta’ informazzjoni dwar dan u se jurukom kif tużaw din it-Tablet u kif se tgħinu lit-tfal jużaw din l-għodda edukattiva li se jkollhom f’idejhom.  Il-laqgħat se jsiru fil-postijiet u ħinijiet indikati hawn taħt.

Intom tridu jew tirreġistraw l-attendenza tagħkom fuq:

http://www.digital.edu.mt/parents/

JEW tistgħu ċċemplu fuq 2598 2155

lil Mr. Victor Cremona bejn it-08.30 u 15.30

IMPORTANTI ĦAFNA LI TATTENDU WAĦDA

MINN DAWN IL-LAQGĦAT TA’ SAGĦTEJN.

Laqgħat għall-ġenituri rigward is-suġġett tal-PSCD

Għeżież Ġenituri/ Kustodji,

TFAL FIT-3 SENA

Issa li t-tfal qegħdin fit-tielet sena, se jibda jiġi mgħallem suġġett ġdid li jismu Personal, Social and Career Development (P.S.C.D). Għalhekk l-għalliema tal-P.S.C.D tal-iskola tagħna, qed jistednukom sabiex tattendu laqgħa informattiva fejn se jiġi spjegat x’jinvolvi dan is-suġġett. Il-laqgħa ser issir fil-Hall nhar it-Tnejn 7 ta’ Novembru 2015 fl-8.30 am.

TFAL FIR-4 SENA

Ilkoll naqblu li fiż-żminijiet tal-lum it-tfal qed jieħdu ħafna messaġġi rigward is-sesswalita’ tagħhom. Dawn jiġu minn diversi sorsi fosthom il-media u l-ħbieb tagħhom. Huwa ta’ importanza kbira li tingħata Edukazzjoni dwar is-Sesswalita’ Umana.  Għalhekk s-sezzjoni tal-P.S.C.D. fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni ħasset li parti mis-sillabu tal-P.S.C.D. għandha tkun iddedikata għall-edukazzjoni sesswali.  L-għan ta’ dawn il-lezzjonijiet huwa li jingħata tagħrif ġust u tajjeb lit-tfal biex b’hekk innaqqsu xi dubji li jista’ jkollhom rigward dan is-suġġett. Għal dan il-għan ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li qegħdin fir-raba’ sena. Din ser issir fis-sala tal-iskola nhar it-Tnejn 7 ta’ Novembru 2015 fit-8.30 a.m. F’din il-laqgħa ser ikellmukom l-għalliema tal-P.S.C.D. fejn huma se jispjegawlkom x’se jingħad waqt dawn il-lezzjonijiet kif ukoll juruwkom xi materjal li huma se jużaw waqt il-lezzjonijiet.

Inħeġġukom biex tattendu u tipparteċipaw.

Is-Sur S.Miceli

Kap tal-Iskola