Daily Archive for October 21st, 2016

Buddy Reading – naqraw mal-ħbieb

Il-‘Buddy Reading’ huwa mument ta’ qari mit-tfal għat-tfal.  Din is-sena dan il-metodu ta’ qari qiegħed isir mal-klassijiet kollha tal-primarja (yr 1 – yr 6).  Kull ġimgħa xi klassi tar-raba’, tal-ħames jew tas-sitt sena tingħaqad ma’ klassi tal-ewwel, tat-tieni  jew tat-tielet sena biex it-tfal il-kbar jaqraw siltiet minn kotba lit-tfal iżgħar minnhom.  B’dan il-metodu filwaqt li jkunu qed jibbenefikaw mill-qari ż-żewġ gruppi, ikunu wkoll qed jixxerjaw il-gost li wieħed jaqra kotba varji skont l-abbiltà tiegħu.  It-tfal tal-klassijiet il-kbar ikollhom is-sodisfazzjon li qed jaqraw u jkunu mudelli ta’ kif ikun qari tajjeb, u l-istudenti tal-klassijiet iż-żgħar ikollhom iċ-ċans jisimgħu siltiet minn kotba minn studenti akbar minnhom.