L-Annimali – Special Assembly tas-Sitt Sena

L-ewwel Assembly għas-sena skolastika 2016 -2017 saret mill-klassi tas-sitt sena.  It-tema kienet dwar l-annimali.  Kulħadd għandu d-dritt li jgħix u li jgħix ħieles.  L-Assembly bdiet billi tifel li kien qed jirrappreżenta ljun ġera wara żewġt itfal li kienu qed jirrappreżentaw żewġt iċriev. Wieħed miċ-ċriev b’nifsu maqtugħ qal lill-iljun kif qatagħlu nifsu u l-iljun irrisponda li hu wkoll kellu dritt li jiekol.  Hawn daħlu n-narraturi li spjegaw dwar l-annimali karnivori u dawk erbivori u kif dawn iżommu bilanċ fin-natura. Komplew jispjegaw kif huwa proprju l-bniedem li qed jeqred l-armonija u l-bilanċ fin-natura.  Hawn tifel li jirrappreżenta għasfur jispjega kif il-kaċċa u l-insib qed ikomplu jeqirdu l-ispeċi ta’ diversi annimali.  Iżda mhux kollox negattiv għaliex hawn diversi għaqdiet li jiddefendu l-annimali u anki sptarijiet għal dawn il-kreaturi.  Hemm ukoll min saħansitra jħallilhom il-wirt.  Fl-aħħar ingħata xi tagħrif dwar il-padrun tal-annimali San Franġisk t’Assisi.

Din l-Assembly ittelgħet mit-tfal tas-Sitt Sena bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom Ms Rita, Ms Josianne u Ms Charlene.

2 Responses to “L-Annimali – Special Assembly tas-Sitt Sena”


  • Prosit tassew! It-tagħrif li ngħata kien verament f’waqtu u nteressanti. Jien nawgura li t-tfal qatt ma jieqfu jħobbu lill-annimali u jkunu l-vuċi għad-drittijiet tal-annimali kollha.

  • Prosit yr 6 vera kienet sabiha

Leave a Reply