Laqgħa għall-Ġenituri tal-Year 4 Dwar it-Tablets

Għeżież Ġenituri/Kustodji,

It-tfal tagħkom se jingħataw it-Tablet bħala għodda edukattiva matul ix-xahar ta’ Diċembru 2016.  It-tfal se jkollhom taħriġ fl-iskola dwar l-użu ta’ dan it-Tablet. Dan it-taħriġ se jsir fl-iskola stess matul ix-xahar ta’ Novembru.

Intom, bħala ġenituri/kustodji, ukoll se jkollkom laqgħa ta’ informazzjoni dwar dan u se jurukom kif tużaw din it-Tablet u kif se tgħinu lit-tfal jużaw din l-għodda edukattiva li se jkollhom f’idejhom.  Il-laqgħat se jsiru fil-postijiet u ħinijiet indikati hawn taħt.

Intom tridu jew tirreġistraw l-attendenza tagħkom fuq:

http://www.digital.edu.mt/parents/

JEW tistgħu ċċemplu fuq 2598 2155

lil Mr. Victor Cremona bejn it-08.30 u 15.30

IMPORTANTI ĦAFNA LI TATTENDU WAĦDA

MINN DAWN IL-LAQGĦAT TA’ SAGĦTEJN.

1 Responses to “Laqgħa għall-Ġenituri tal-Year 4 Dwar it-Tablets”


  • Inheggeg lill-genituri tat-tfal fir-Raba’ Sena sabiex icemplu jew jirregistraw u jattendu wahda minn dawn il-laqghat hekk importanti.

Leave a Reply