Laqgħat għall-ġenituri rigward is-suġġett tal-PSCD

Għeżież Ġenituri/ Kustodji,

TFAL FIT-3 SENA

Issa li t-tfal qegħdin fit-tielet sena, se jibda jiġi mgħallem suġġett ġdid li jismu Personal, Social and Career Development (P.S.C.D). Għalhekk l-għalliema tal-P.S.C.D tal-iskola tagħna, qed jistednukom sabiex tattendu laqgħa informattiva fejn se jiġi spjegat x’jinvolvi dan is-suġġett. Il-laqgħa ser issir fil-Hall nhar it-Tnejn 7 ta’ Novembru 2015 fl-8.30 am.

TFAL FIR-4 SENA

Ilkoll naqblu li fiż-żminijiet tal-lum it-tfal qed jieħdu ħafna messaġġi rigward is-sesswalita’ tagħhom. Dawn jiġu minn diversi sorsi fosthom il-media u l-ħbieb tagħhom. Huwa ta’ importanza kbira li tingħata Edukazzjoni dwar is-Sesswalita’ Umana.  Għalhekk s-sezzjoni tal-P.S.C.D. fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni ħasset li parti mis-sillabu tal-P.S.C.D. għandha tkun iddedikata għall-edukazzjoni sesswali.  L-għan ta’ dawn il-lezzjonijiet huwa li jingħata tagħrif ġust u tajjeb lit-tfal biex b’hekk innaqqsu xi dubji li jista’ jkollhom rigward dan is-suġġett. Għal dan il-għan ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li qegħdin fir-raba’ sena. Din ser issir fis-sala tal-iskola nhar it-Tnejn 7 ta’ Novembru 2015 fit-8.30 a.m. F’din il-laqgħa ser ikellmukom l-għalliema tal-P.S.C.D. fejn huma se jispjegawlkom x’se jingħad waqt dawn il-lezzjonijiet kif ukoll juruwkom xi materjal li huma se jużaw waqt il-lezzjonijiet.

Inħeġġukom biex tattendu u tipparteċipaw.

Is-Sur S.Miceli

Kap tal-Iskola

0 Response to “Laqgħat għall-ġenituri rigward is-suġġett tal-PSCD”


  • No Comments

Leave a Reply