Daily Archive for November 14th, 2016

Good Night Gorilla

L-istorja hija bbażata fuq gurilla li jgħix ġo żu flimkien m’annimali oħra. Il-gwardjan mar fuq kull wieħed mill-annimali u tagħhom il-lejl it-tajjeb u sakkarhom ġol-gaġeġ. Kull gaġġa kellha katnaz u ċavetta differenti għal kull wieħed. Il-gurilla minn wara l-gwardjan beda jiftħilhom u kollha marru inkiss inkiss id-dar tal-gwardjan biex jorqdu fis-sħana.

It-tfal tgħallmu il-kuluri, l-annimali u ftit umoriżmu b’din l-istorja.  It-tfal flimkien mal-għalliema tagħhom Ms Audrey u Ms Raisa ippreparaw gurilla sandwich li setgħu jieklu … u dak li għamlu lkoll hekk kif marru lura d-dar u wrewha lil tal-familja.