Erġajna bdejna b’Jannar!

Jannar kiefer u bid-dwiefer!  Dan jurina li dan ix-xahar normalment ikun kiesaħ u jkollna ħafna ġranet xitwin, bix-xita u bil-bard.  Issa l-istaġun tax-xitwa jinsab fl-aqwa tiegħu!  Dan huwa l-ewwel xahar tas-sena u fih hemm 31 jum.

Matul dan ix-xahar ukoll ikollna bosta festi sbieħ.  Fis-6 ta’ Jannar issir il-festa tal-Epifanija li tfakkarna meta t-tliet slaten maġi sabu lil Ġesu’ u tawh rigali ta’ deheb, inċens u mirra.  Fit-22 ta’ Jannar infakkru lil San Publiju, l-ewwel isqof ta’ Malta u li huwa wkoll il-padrun tal-Floriana u wieħed mill-padruni ta’ Malta.  Fil-31 ta’ Jannar issir il-festa ta’ San Ġwann Bosco, qassis taljan li tant ħadem għall-ġid tat-tfal u taż-żgħażagħ.

F’Jannar niftakru b’mod speċjali fl-importanza tas-siġar li jinsabu madwarna u niftakru f’kemm għandna nieħdu ħsiebhom. Fl-iskola jkollna Jum is-Siġar u lkoll nieħdu pjaċir inħawlu xi siġra jew tnejn!

0 Response to “Erġajna bdejna b’Jannar!”


  • No Comments

Leave a Reply