Ottubru magħna!

Ottubru huwa l-għaxar xahar tas-sena u fih 31 jum.  Issa li bdiet il-ħarifa jibdew jiqsaru l-ġranet u jibda jidlam aktar kmieni.  Kollox jerġa’ jirritorna għar-rutina u mhux biss reġgħu fetħu l-iskejjel imma terġa’ tibda l-ġabra tal-familja.  Nibdew ukoll nistennew li jkollna xi ftit tax-xita u ma nibqgħux nilbsu l-ħwejjeġ ħfief li konna nilbsu fix-xhur sħan tas-sajf.

Matul dan ix-xahar infakkru l-festa tal-Anġlu Kustodju li tiġi fit-2 t’Ottubru.  Tajjeb li nkunu nafu nitolbuh jieħu ħsiebna meta nkunu se nsibu ruħna f’xi periklu kemm tal-ġisem kif ukoll tar-ruħ.  Hemm talba qadima li tgħid:

“Anġlu t’Alla li fit-tjubija tiegħu, Alla tani biex tħarisni, dawwalli moħħi, ħarisni, żommni u mexxini f’dan il-jum. ”

Fl-4 t’Ottubru nfakkru lil San Franġisk t’Assisi, fis-7 t’Ottubru hija l-festa tal-Madonna tar-rużarju u fit-13 nfakkru d-dehra tal-Madonna ġewwa Fatima, eżattament 100 sena ilu.

F’Ottubru wkoll infakkru lill-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila li għandu monument sabiħ fil-Floriana.  Huwa kien twieled fis-18 t’Ottubru 1871 u miet fit-13 t’Ottubru 1961 , ftit jiem biss qabel għalaq 90 sena.  Fost il-ħafna poeżiji sbieħ li kiteb insibu Fil-Ħlewwa ta’ Mejju, l-Innu ta’ Filgħodu kif ukoll l-Innu Malti.

Jibda jiżdied ir-riħ u s-siġar li joħorfu jibdew jinżgħu mill-weraq tagħhom.

L-Anglu Kustodju San Frangisk Dun Karm Psaila

0 Response to “Ottubru magħna!”


  • No Comments

Leave a Reply