It-Tieni xahar – Frar

FrarKif itir iż-żmien u ma jistenna lil ħadd hux?  Diġa’ wasalna fi Frar – it-tieni xahar tas-sena u huwa xahar qasir – normalment ikun fih 28 jum imma darba f’kull erba’ snin ikollu jum żejjed!

Dan huwa x-xahar li fih ikollna l-eżamijiet ta’ nofs is-sena u ftit wara niċċelebraw il-Karnival.  L-ewwel irridu noqogħdu nistudjaw sabiex fl-eżamijiet immorru sewwa u jkollna riżultati sbieħ. Imbagħad wara nilbsu l-kostumi u noqogħdu nieħdu pjaċir bil-karrijiet, bil-maskeruni u bl-attivitajiet sbieħ li jsiru għall-Karnival.

Wara l-Karnival jibda’ r-Randan – żmien li jwassalna għall-festi tal-Għid il-Kbir.

Matul dan ix-xahar ikollna l-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, li ssir fl-10 ta’ Frar.  Hemm ukoll San Valentinu li jsir fl-14 ta’ Frar.

Dan huwa l-aħħar xahar sħiħ tax-xitwa għax xahar ieħor, jekk Alla jrid, terġa’ tibda r-rebbiegħa!

xxxxXXXXXXXXXXxxxx

0 Response to “It-Tieni xahar – Frar”


Comments are currently closed.