Daily Archive for March 1st, 2018

Marzu wasal ukoll!

Marzu huwa wieħed mix-xhur l-aktar sbieħ tas-sena – u dan għal bosta raġunijiet.  Marzu huwa x-xahar li matulu tispiċċa x-xitwa u tirritorna r-rebbiegħa!  Il-ħajja terġa’ tibda tieħu r-ruħ mill-ġdid – jibda jkollna aktar dawl, jinbtu l-fjuri u s-siġar jerġgħu jilbsu b’weraq ġodda u friski u s-siġar tal-frott jimtlew biż-żahar.  L-annimali wkoll jibda jkollhom il-frieħ! Ir-rebbiegħa hija staġun sabiħ ħafna u li jerġa’ jnissel fina tamiet ġodda.  Marzu jissejjaħ ix-xahar ta’ San Ġużepp għax fid-19 tax-xahar issir il-festa ta’ dan il-qaddis tant kbir u importanti! San Ġużepp kien il-bniedem li minn għandu Ġesu’ kiseb ħafna tagħlim u għerf.  Mhux biss kien ir-raġel li dejjem ħa ħsiebu imma kien ukoll qisu l-għalliem tiegħu.  Fil-25 issir il-festa ta’ meta l-Anġlu Gabrijel mar għand Marija u ħabbrilha li hi kellha tkun l-omm ta’ Ġesu’.

F’Marzu wkoll ikollna bosta tifkiriet sbieħ li jfakkruna fl-aħħar ġranet ta’ Ġesu’ – ikollna l-festi sbieħ tal-Madonna tad-Duluri, ta’ Ħadd il-Palm, ta’ Ħamis ix-Xirka, tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-Għid il-Kbir.  Dawn huma l-aktar festi importanti għall-insara għax matulhom Ġesu’ wera li hu mhux biss bniedem imma Alla wkoll.

Fl-aħħar jum ta’ Marzu nfakkru waħda mill-festi nazzjonali ta’ pajjiżna – Jum il-Ħelsien.  Din tfakkarna meta kienet telqet il-bażi Ingliża minn Malta.

San Ġużepp xxxx
San Ġużepp Id-Duluri