Mejju kemm hu ħlejju!

Wasal ix-xahar ta’ Mejju – ix-xahar tal-Madonna!  Mejju huwa l-ħames xahar tas-sena u jkollu 31 jum.  Mejju huwa xahar mill-isbaħ!  Fih ikollna bosta festi sbieħ.  Jibda bil-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem; ikollna l-festa ta’ San Ġorġ Preca u l-festa tal-Visitazzjoni tal-Madonna.  Matuldan ix-xahar ikollna wkoll Jum l-Omm.  Fl-iskola jkollna l-inkurunazzjoni tal-Madonna fejn inpoġġu kuruna bil-fjuri fuq ras l-istatwa tal-Madonna sabiex nuruha kemm inħobbuha u li rriduha tkun ir-reġina ta’ qalbna.

Issa nibdew inħossu xi ftit tas-sħana għax l-istaġun tas-sajf qiegħed joqrob ġmielu!  Jibda jdum ma jidlam u nkunu nistgħu nagħmlu aktar affarijiet mis-soltu għax ikollna aktar ħin ta’ dawl.

 

0 Response to “Mejju kemm hu ħlejju!”


Comments are currently closed.