Activities

A Very Special Visit Indeed !!!!

Celebrating the 50th Anniversary (Dun Karm Psaila)

President Dr.George Abela

04

Picture 1 of 5

Another important visit:

The Hon.Dolores Cristina (Minister of Education)

Żjara fl-Iskola mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja

Nhar it-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011 kellna l-unur li nospitaw lill-Onorevoli Ministru Dolores Cristina.  Ilkoll tajniha merħba kbira fl-entratura tal-iskola u flimkien kantajnielha xi innijiet u kanzunetti milli aħna mdorrijin bħal The School Rule Song, Together, Ejjew u oħrajn.  It-tfal ċkejknin tal-kinder ukoll kantaw l-innu Grazzi u t-taqbila The Wheels on the Bus.  Saru diskorsi qosra mill-Kap tal-Iskola, mill-Prinċipal u minn Cassidy Camilleri, li tkellmet f’isem it-tfal kollha.  Il-Ministru baqgħet impressjonata bl-atmosfera sabiħa tal-iskola u bl-akkoljenza li tinħass ġmielha.  Hija zaret il-klassijiet u kellha kliem ta’ tifħir għan-Nurture Class, Food Lab, il-Librerija u l-Literacy Room.  Qaltilna wkoll li xtaqet tqum tizfen meta kantajna l-Innu tal-Iskola.  Il-Ministru ltaqgħet ukoll mal-President u l-Kunsill Skolastiku u mal-Kunsill tal-Istudenti.  Hija ffirmat il-ktieb tal-visitaturi u kitbet messaġġ tassew sabiħ.  Qabel telqet ilkoll tajniha xi tifkiriet u rigali sabiex tibqa’ tiftakar iż-żjara tagħha fostna.  .

16

Picture 2 of 6