School Gatherings

Kull nhar ta’ Ġimgħa wara nofsinhar l-iskola kollha, inklużi l-Kinder u l-klassijiet tal-Primarja flimkien ma’ l-SMT u l-ġenituri tat-tfal, tiltaqa’ fis-sala ta’ l-iskola sabiex tagħlaq il-ġimgħa flimkien, b’attivita’ magħrufa mat-tfal bħala School Gathering jew Special Assembly.

Fil-bidu ta’ din l-attivita’, it-tfal flimkien ma’ l-għalliema tagħhom, ikantaw diversi kanzunetti ħelwin. Għal din l-attivita’, kull gimgħa, klassijiet differenti jippreparaw ukoll xi ħaġa specjali relatata ma’ suġġett partikolari. Dawn jinkludu reċti qosra, kant, żfin u kif ukoll xi preżentazzjoni jew vidjow relatati mas-suġġett.

Din l-attivita’ tagħti l-opportunita’ kemm lit-tfal, lill-għalliema u kif ukoll lill-ġenituri li filwaqt li jieħdu pjaċir, jitgħallmu dwar suġġetti differenti fosthom: l-annimali, l-ikel, is-saħħa, festi li jsiru matul is-sena u ħafna oħrajn.

Ma’ jistax jonqos li fl-aħħar ġimgħa ta’ kull xahar l-iskola tiċċelebra flimkien ma’ dawk it-tfal u l-għalliema li jkunu għalqu sninhom matul dak ix-xahar. Dawn jingħataw rigal ċkejken kull wieħed. Ta’ min isemmi wkoll li fl-aħħar ta’ kull xahar, student minn kull klassi jiġi premjat għal xi ħila partikolari li wera matul ix-xahar. Dan jingħata ċertifikat speċjali.

Din l-attivita’ hija għal qalb l-iskola kollha għaliex wara ġimgħa ta’ ħidma u attivitajiet, l-iskola tingħaqad u tagħlaq il-ġimgħa flimkien b’mod pożittiv.

Kids Save the Planet – 11th October – Year 6

Il-Poeta Nazzjonali: Dun Karm – 18th October 2013 – Year 5

The meaning of Friendship – 25th October 2013 – Year 4

San Martin – 8th November 2013 – Kinder Classes

The Lion’s Dinner – 15th November 2013 – Year 2

We learn all this … and it’s fun! – 22nd November 2013 – Year 3

Learning and dancing! – 29th November 2013 – Year 1

We love trees! – 17th January 2014 – Year 6

When I grow up … – 24th January 2014 – Year 5

St Valentine’s – 14th February 2014 – Year 4

Toys, toys and more toys! – 21st February 2014 – Year 1

Rain rain go away … rainbow is here!  - 21st February 2014 – Year 3

Carnival Fever – 28th Februray 2014 – Year 2

EkSkola Assembly – 21st March 2014 – EkoSkola Committee

Year 6 Farewell Assembly – 20th June 2014 – Year 6

Inħobbu l-Kotba – 24th October 2014 – Year 6

Be Happy With Yourself – 9th October 2015 – Year 6

Friendship – 16th October 2015 – Year 5

The Four Seasons – 20th November 2015 – Year 2