Archive for the 'School Events' Category

Page 2 of 36

Ottubru magħna!

Ottubru huwa l-għaxar xahar tas-sena u fih 31 jum.  Issa li bdiet il-ħarifa jibdew jiqsaru l-ġranet u jibda jidlam aktar kmieni.  Kollox jerġa’ jirritorna għar-rutina u mhux biss reġgħu fetħu l-iskejjel imma terġa’ tibda l-ġabra tal-familja.  Nibdew ukoll nistennew li jkollna xi ftit tax-xita u ma nibqgħux nilbsu l-ħwejjeġ ħfief li konna nilbsu fix-xhur sħan tas-sajf.

Matul dan ix-xahar infakkru l-festa tal-Anġlu Kustodju li tiġi fit-2 t’Ottubru.  Tajjeb li nkunu nafu nitolbuh jieħu ħsiebna meta nkunu se nsibu ruħna f’xi periklu kemm tal-ġisem kif ukoll tar-ruħ.  Hemm talba qadima li tgħid:

“Anġlu t’Alla li fit-tjubija tiegħu, Alla tani biex tħarisni, dawwalli moħħi, ħarisni, żommni u mexxini f’dan il-jum. ”

Fl-4 t’Ottubru nfakkru lil San Franġisk t’Assisi, fis-7 t’Ottubru hija l-festa tal-Madonna tar-rużarju u fit-13 nfakkru d-dehra tal-Madonna ġewwa Fatima, eżattament 100 sena ilu.

F’Ottubru wkoll infakkru lill-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila li għandu monument sabiħ fil-Floriana.  Huwa kien twieled fis-18 t’Ottubru 1871 u miet fit-13 t’Ottubru 1961 , ftit jiem biss qabel għalaq 90 sena.  Fost il-ħafna poeżiji sbieħ li kiteb insibu Fil-Ħlewwa ta’ Mejju, l-Innu ta’ Filgħodu kif ukoll l-Innu Malti.

Jibda jiżdied ir-riħ u s-siġar li joħorfu jibdew jinżgħu mill-weraq tagħhom.

L-Anglu Kustodju San Frangisk Dun Karm Psaila

Ħinijiet Ġodda / New Time

Għeżież Ġenituri,

Mis-Sena Skolastika li jmiss, il-ħinijiet tal-iskola se jkunu mit-08.00 am sas-02.00pm.  Dan qed isir bl-approvazzjoni tad-Direttur Ġenerali u tal-Principal tal-Kulleġġ.  Il-bieb jinfetaħ fit-08.00 għal kulħadd u l-Assembly ssir ftit wara għal kulħadd flimkien.  It-tfal tal-Kinder joħorġu fis-01.45 pm, tal-Primarja joħorġu kollha fis-02.00pm.  Din il-bidla qed issir sabiex niżguraw li t-tfal ikunu taħt is-superviżjoni tal-kbar il-ħin kollu.

Grazzi u Tislijiet

Stephen Miceli

Kap tal-Iskola

Dear Parents,

As from the next scholastic year school time will be between 08.00 am till 02.00pm.  This change is being affected with the approval of the Director General and of the College Principal.  Admission will  be at 08.00 for both Kinder and Primary, followed shortly by the Assembly.  Kinder dismissal will be at 01.45 pm, Primary dismissal at 02.00pm.  This change is being done in order to make sure that all students are well supervised at all times.

Thanks and Regards

Stephen Miceli

Head of School

Applikazzjoni għat-Trasport

Applikazzjoni għat-Trasport tal-Iskola Sekondarja

Sejħa għall-applikazzjonijiet tat-Trasport għat-tfal li s-sena d-dieħla se jibdew il-Form 1.  Għal aktar tagħrif agħfas hawn – School Transport Online Application.

Kwestonjarju għall-Ġenituri dwar l-Iskema tal-Frott u l-Ħaxix

Genituri u tfal qed jiġu mħeġġa jimlew dan il-kwestjonarju online dwar l-iskema tal-Frott u l-Ħaxix li l-iskola tagħna tibbenefika minnha wkoll meta kull nhar ta’ Tlieta jitqasmu prodotti bnini lit-tfal kollha li l-ġenituri mlew il-karta tal-kunsens.

Dan il-kwestjonarju għandu jintela sal-20 ta’ Frar mingħandu iktar minn wild wieħed fl-iskola għandu jirrispondi l-mistoqsijiet u jżomm f’moħħu lill-iżgħar mill-aħwa.

Agħfas hawn sabiex tibda l-kwestjonarju:

http://marketresearch.emcs.com.mt/index.php/959184/lang-en

Erġajna bdejna b’Jannar!

Jannar kiefer u bid-dwiefer!  Dan jurina li dan ix-xahar normalment ikun kiesaħ u jkollna ħafna ġranet xitwin, bix-xita u bil-bard.  Issa l-istaġun tax-xitwa jinsab fl-aqwa tiegħu!  Dan huwa l-ewwel xahar tas-sena u fih hemm 31 jum.

Matul dan ix-xahar ukoll ikollna bosta festi sbieħ.  Fis-6 ta’ Jannar issir il-festa tal-Epifanija li tfakkarna meta t-tliet slaten maġi sabu lil Ġesu’ u tawh rigali ta’ deheb, inċens u mirra.  Fit-22 ta’ Jannar infakkru lil San Publiju, l-ewwel isqof ta’ Malta u li huwa wkoll il-padrun tal-Floriana u wieħed mill-padruni ta’ Malta.  Fil-31 ta’ Jannar issir il-festa ta’ San Ġwann Bosco, qassis taljan li tant ħadem għall-ġid tat-tfal u taż-żgħażagħ.

F’Jannar niftakru b’mod speċjali fl-importanza tas-siġar li jinsabu madwarna u niftakru f’kemm għandna nieħdu ħsiebhom. Fl-iskola jkollna Jum is-Siġar u lkoll nieħdu pjaċir inħawlu xi siġra jew tnejn!