Archive for the 'Tips for Parents' Category

Ħinijiet Ġodda / New Time

Għeżież Ġenituri,

Mis-Sena Skolastika li jmiss, il-ħinijiet tal-iskola se jkunu mit-08.00 am sas-02.00pm.  Dan qed isir bl-approvazzjoni tad-Direttur Ġenerali u tal-Principal tal-Kulleġġ.  Il-bieb jinfetaħ fit-08.00 għal kulħadd u l-Assembly ssir ftit wara għal kulħadd flimkien.  It-tfal tal-Kinder joħorġu fis-01.45 pm, tal-Primarja joħorġu kollha fis-02.00pm.  Din il-bidla qed issir sabiex niżguraw li t-tfal ikunu taħt is-superviżjoni tal-kbar il-ħin kollu.

Grazzi u Tislijiet

Stephen Miceli

Kap tal-Iskola

Dear Parents,

As from the next scholastic year school time will be between 08.00 am till 02.00pm.  This change is being affected with the approval of the Director General and of the College Principal.  Admission will  be at 08.00 for both Kinder and Primary, followed shortly by the Assembly.  Kinder dismissal will be at 01.45 pm, Primary dismissal at 02.00pm.  This change is being done in order to make sure that all students are well supervised at all times.

Thanks and Regards

Stephen Miceli

Head of School

Applikazzjoni għat-Trasport

Applikazzjoni għat-Trasport tal-Iskola Sekondarja

Sejħa għall-applikazzjonijiet tat-Trasport għat-tfal li s-sena d-dieħla se jibdew il-Form 1.  Għal aktar tagħrif agħfas hawn – School Transport Online Application.

Kwestonjarju għall-Ġenituri dwar l-Iskema tal-Frott u l-Ħaxix

Genituri u tfal qed jiġu mħeġġa jimlew dan il-kwestjonarju online dwar l-iskema tal-Frott u l-Ħaxix li l-iskola tagħna tibbenefika minnha wkoll meta kull nhar ta’ Tlieta jitqasmu prodotti bnini lit-tfal kollha li l-ġenituri mlew il-karta tal-kunsens.

Dan il-kwestjonarju għandu jintela sal-20 ta’ Frar mingħandu iktar minn wild wieħed fl-iskola għandu jirrispondi l-mistoqsijiet u jżomm f’moħħu lill-iżgħar mill-aħwa.

Agħfas hawn sabiex tibda l-kwestjonarju:

http://marketresearch.emcs.com.mt/index.php/959184/lang-en

Laqgħa għall-ġenitur/ kustodji mill-għalliema tal-PSCD

Illum 7 ta’ Novembru 2016, saret laqgħa għall-ġenitur/gwardjani tat-tfal li qegħdin fit-tielet u r-raba’ sena . L-għan ta’ din il-laqgħa kien li nintroduċu s-suġġett tal-PSCD fit-tielet sena. Fost it-topiks li se jiġu mgħallma hemm:

  • Group Building
  • Myself
  • Teamwork
  • Resolving Conflict
  • Communication
  • How I feel
  • Friends
  • Trust
  • Sharing and Ownership
  • Bullying
  • My Special People
  • Safe People, Safe Places
  • Internet Safety (BeSmart Online)
  • Diversity
  • Pupils’ Council

Fil-waqt li l-laqgħa għall-ġenitur li qegħdin fir-raba’ sena kienet dwar l-edukazzjoni sesswali. Dan it-topik jiġi mgħallem lit-tfal lejn l-aħħar tat-tielet term fejn se ikollhom informazzjoni eżatta dwar is-suġġett mingħand għalliema professjonali. Permezz ta’ dawn il-lezzjonijiet, it-tfal iħossuhom ippreparati għall-bidliet fiżiċi u emozzjonali li jridu jgħaddu minnhom.

L-attendenza tal-ġenituri/kustodji kienet ta 40% tat-tfal tat-tielet sena u 77% tat-tfal tar-raba’ sena.

Graziella Vella
Maria Falzon

Għalliema tal-PSCD

Laqgħat għall-ġenituri rigward is-suġġett tal-PSCD

Għeżież Ġenituri/ Kustodji,

TFAL FIT-3 SENA

Issa li t-tfal qegħdin fit-tielet sena, se jibda jiġi mgħallem suġġett ġdid li jismu Personal, Social and Career Development (P.S.C.D). Għalhekk l-għalliema tal-P.S.C.D tal-iskola tagħna, qed jistednukom sabiex tattendu laqgħa informattiva fejn se jiġi spjegat x’jinvolvi dan is-suġġett. Il-laqgħa ser issir fil-Hall nhar it-Tnejn 7 ta’ Novembru 2015 fl-8.30 am.

TFAL FIR-4 SENA

Ilkoll naqblu li fiż-żminijiet tal-lum it-tfal qed jieħdu ħafna messaġġi rigward is-sesswalita’ tagħhom. Dawn jiġu minn diversi sorsi fosthom il-media u l-ħbieb tagħhom. Huwa ta’ importanza kbira li tingħata Edukazzjoni dwar is-Sesswalita’ Umana.  Għalhekk s-sezzjoni tal-P.S.C.D. fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni ħasset li parti mis-sillabu tal-P.S.C.D. għandha tkun iddedikata għall-edukazzjoni sesswali.  L-għan ta’ dawn il-lezzjonijiet huwa li jingħata tagħrif ġust u tajjeb lit-tfal biex b’hekk innaqqsu xi dubji li jista’ jkollhom rigward dan is-suġġett. Għal dan il-għan ser issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li qegħdin fir-raba’ sena. Din ser issir fis-sala tal-iskola nhar it-Tnejn 7 ta’ Novembru 2015 fit-8.30 a.m. F’din il-laqgħa ser ikellmukom l-għalliema tal-P.S.C.D. fejn huma se jispjegawlkom x’se jingħad waqt dawn il-lezzjonijiet kif ukoll juruwkom xi materjal li huma se jużaw waqt il-lezzjonijiet.

Inħeġġukom biex tattendu u tipparteċipaw.

Is-Sur S.Miceli

Kap tal-Iskola